1. |
Kollox l-Istess
07:28
|
|
||
Kollox L-Istess
Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek
Għalfejn dal-ħafna stress
Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu
Aktar jibqgħu l-istess
Minn filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek
Għalfejn dal-ħafna stress
Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu
Aktar jibqgħu l-istess
Mix-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek
Għalfejn dal-ħafna stress
Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu
Aktar jibqgħu l-istess
Minn filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl
Mix-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
|
||||
2. |
Sowxal Netwerk
03:20
|
|
||
Sowxal Netwerk
Ibagħat rikwest illejla biex insiru ħbieb
Inkella jekk tkellimni nagħlaqlek il-bieb
Ara dar-ritratti kemm qed insir kul
Biddilt il-prowfajl pikċer
Qed ġo swimming pool
Nikteb stejtus faqa’ u nagħmillu lajk
Imma fih xi żbalji
Ikkoreġieni dax-xifajk
Nipprova ngħid ħa nieqaf
Daqshekk imbarazz
Imma subgħajja jerġgħu lura
Nipprova ngħid ħa nieqaf
Għax issa vera xbajt
Imma hemm waħda mġissma u bagħtitli
Ara x’ritratt ġiet titfa
Kemm tidher tan-nejk
B’wiċċha kollu żebgħa
Aħjar ma ngħid xejn
Sħabha kollha jgħidu
“Aħħ kemm tidher najs”
“Il-libsa bejb tixraqlek”
“U l-make up wow illajs”
Nipprova ngħid ħa nieqaf...
Garr għax ogħla l-petrol jew għax mar id-dawl
Anka l-bojler sevin jikteb ma' kull fawl
Ara l-ieħor x’bagħtli
Pik ta' tifel marid
Minngħalih ħa jsalva d-dinja
Idjota bla ma jrid
Bgħatt rikwest dalgħodu
Trid li nsiru ħbieb?
Imm’ attent x’ħa tikteb
Ħajtek sa ssir wiċċ ktieb
|
||||
3. |
|
|||
Kliem Sabiħ Awto-Ċensurat
Il-pudina tan-nanna ħelwa manna
It-temp tallum kemm kien sabiħ
Smajt li l-bieraħ kien hemm ħabta
U t-tim favorit ħareġ rebbieħ
Qalu li x-xogħol daqshekk bis-sahra
Li għada sa jkun xi ftit tar-riħ
Illejla hemm film li nixtieq nara
U l-kelba tal-ġara daqt bil-frieħ
Kliem sabiħ politikament korrett
M'hemmx għalfejn jiġi ċensurat (x2)
Irħew xi ħwejjeġ mill-iskuri
Imn’alla bdew is-sejlijiet
Inqata’ d-dawl għat-tielet darba
Waqt li kont qed naħmi l-kejkijiet
L-għarajjes iġġieldu fuq ħmerija
Ħdejna mtlejna krejnijiet
Il-banda ddoqq l-innu tal-parroċċa
Dis-sena kelli ħames tiġijiet
Kliem sabiħ politikament korrett
M'hemmx għalfejn jiġi ċensurat (x2)
|
||||
4. |
Fil-Kju
03:12
|
|
||
Fil-Kju
Jekk int ċittadin bil-għaqal
U ma tridx li tibqa l-art
Għamel bħali insa l-banek
Mur investi f’kandidat
Ixxurtjat li intqajt miegħu
Qatt ma ninsa dakinhar
Hekk kif qorbot l-elezzjoni
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar
Ġie ġie ġie
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar
Ġie ġie ġie
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju
U għalih taf bdejt nirsisti
Kemm-il sellum inżilt u tlajt
Biex waħħaltlu l-posters fl-għoli
Tgħidx kemm ħajti issugrajt
Fuq quddiem meta jitkellem
Il-maktur 'il fuq ngħollieh
F’kull ritratt li ġabu tiegħu
Żgur li ssibni qiegħed fih
Żgur żgur żgur
Żgur li ssibni qiegħed fih
Żgur żgur żgur
Żgur li ssibni qiegħed fih
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju
Biex nistenna xi liċenzja
Għal checkup ġewwa l-isptar
Mhux se naħli l-ħin nistenna
Niġri mmur infittxu d-dar
Għandi d-dritt li nippretendi
Li jqabbiżni l-kjuwijiet
Għax kont jien fuq quddiem miegħu
F’dawk id-dimostrazzjonijiet
F’dawk f’dawk f’dawk
Id-dimostrazzjonijiet
F’dawk f’dawk f’dawk
Id-dimostrazzjonijiet
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju
Ġewwa d-dar bl-inkwatri tiegħu
Bejn is-santi mixgħulin
Għax biex jgħinek titla s-sema
Trid issib qaddis ħanin
Għax f’dil gżira ċkejkna ċjkejkna
Ċentru tal-Mediterran
Mill-qaddisin qatt m’aħna nieqsa
Jgħir għalina l-Vatikan
Jgħir jgħir jgħir
Jgħir għalina l-Vatikan
Jgħir jgħir jgħir
Jgħir għalina l-Vatikan
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju
|
||||
5. |
Tivvutax
03:35
|
|
||
Tivvutax
Nista’ nsiblek mitt elf raġuni
Għala l-vot tiegħek ma jiswa xejn
Anzi ssir kompliċi ta’ min jgħidlek
“Għandna l-mandat ħa nkomplu nżidu d-dejn”
Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ċar
La rajna li l-bidla hi għalxejn:
Tivvutax, tivvutax
La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk
Tivvutax, tivvutax
Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm
Tivvutax, tivvutax
Ma tagħmilx differenza min ikun il-Prim
Tivvutax, tivvutax
Minn dibattitu nippreferi żaqq bil-brim
Il-tibdil minn ġos-sistema stess
Qatt ma jista’ jkun biżżejjed biex jittranġaw l-affarijiet
Nafu li din għajta fid-deżert
Kulħadd sa jara kif jaġevola ’l xi partit
Tivvutax, tivvutax
Il-problemi b’dis-sistema ser jibqgħu hemm
Tivvutax, tivvutax
Ivvutajna kemm-il darba u għalxejn
Min jivvota jippretendi dejjem iktar
U l-partiti l-kbar jibdew iwiegħdu l-għeġubijiet
Għalhekk m’għadiex sistema kollettiva
Li tippremja lil min joffri s-soluzzjonijiet
Jekk qatt ma mort fil-kju għand politikant
Jekk qatt ma sabulek xogħol bla ċertifikat
Jekk qatt ma rbaħt kuntratti bl-aktar mod sfaċċat
M’għandekx minn x’hiex tibża’
M’int ser titlef xejn
M’hijiex biżżejjed iżda l-ewwel pass
Tivvutax, tivvutax
Din mhix apatija iżda messaġġ kbir
Tivvutax, tivvutax
Issa xbajna bil-pulitka tad-dardir
Tivvutax, tivvutax
La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk
Tivvutax, tivvutax
Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm
Jekk ma taqbilx kompli orqod hemm
|
||||
6. |
L-Għanja tal-Għala Biebu
03:20
|
|
||
L-Għanja tal-Għala Biebu
Kelli bżonn nieqaf nixtri
Post vojt ma sibt imkien
Ġejt nitnejjek waqaft f’nofs tat-triq
Ħallihom ipaqpqu jistennew
Waslet il-festa tal-parroċċa
Kemm se naqbżu niċċelebraw
Nisparaw murtali l-ħin kollu
X’għala biebna min irid jistrieħ
Sieħbi tindaħalx
Din m’hix biċċa tiegħek
Nagħmel li rrid
Kompli fi triqtek imxi l’hemm
Kont fi kju biex ninqeda
Ta’ quddiemi aljenat
Rajt kif nagħmel biex jien naqbżu
Inzerta najxu u qagħad kwiet
Sieħbi tindaħalx...
Dalgħodu ġratli waħda
Ridt immur malajr l-isptar
Sibt wieħed waqaf jgħabbi
Paqpaqtlu u qalli dal-kliem
Sieħbi tindaħalx...
|
||||
7. |
Issa Tard Wisq
02:44
|
|
||
Issa Tard Wisq
Issa tard wisq
Ix-xemx laħqet battiet
Hawn wisq tifkiriet ta’ melodija li qatt ma bdiet
Issa tard wisq
Il-ġurnata għaddiet
Hawn wisq tifkriet ta’ ħoss li qatt ma kiser is-skiet
Kollox għad jispiċċa rmied
Kollox għad jispiċċa rmied
Orqod, aħdem, stinka, ħaffef, għaġġel għax inkella ma tlaħħaqx
Avolja kollox għad jispiċċa rmied
Issa tard wisq
Għada jisbaħ jum
Iżda mhux illum għax kważi spiċċa, ma tantx sa jdum
Issa tard wisq
Għandi bżonn sellum
Jekk jista’ jkun illum biex forsi nitla’ ma’ tarf l-irdum
Kollox għad ikun mitmum
Kollox għad ikun mitmum
Ixtri, oħroġ, stinka, ħaffef, għaġġel għax inkella tlaħħaqx
Avolja kollox għad ikun mitmum
|
||||
8. |
Ifraħ Għax Iblah
04:54
|
|
||
Ifraħ għax Iblah
Ħarsu 'l haw, ħarsu 'l haw'
Nistedinkom tissuktaw
Tersqu 'l haw, ersqu 'l haw'
Faqqgħu żifna ta' babaw
Il-lejl tar, imma l-kbir għadu ġej
Ikxfu 'l hemm, ikxfu 'l haw'
Ħawdu d-dinja tippuppaw
B'xoffa 'l fuq tissugraw
Li fuq Facebook tispiċċaw
Il-ħin sar, neħħi l-gost u ma jibqa' xej'
Għal mal-bar,
newwel birra Joe lil dat-tnej'
Wara għad-dar, jekk jirnexxieli insib fej'
Nimmullaw, nimmullaw
U kif ngħajjew niċċilljaw
Neħħu l-għażż, nieħdu bażż,
ċaqlaq man tibqax ċass
Issa ċ-ċans li tifraħ ftit ma' dal-beat
Niċċajtaw, nifflertjaw
L-aqwa li niċċelebraw
Nissuktaw nikkunsmaw
Nagħmlu tagħna li naraw
L-aqwa li nbillu ġriżmejna f'dan il-ġid
Għal mal-bar,
newwel birra Joe lil dat-tnej'
Wara għad-dar, jekk jirnexxieli insib fej'
|
Streaming and Download help
If you like Mistura, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp