/

about

More information about Mistura at www.misturamalta.com.

lyrics

Tivvutax

Nista’ nsiblek mitt elf raġuni
Għala l-vot tiegħek ma jiswa xejn
Anzi ssir kompliċi ta’ min jgħidlek
“Għandna l-mandat ħa nkomplu nżidu d-dejn”
Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ċar
La rajna li l-bidla hi għalxejn:

Tivvutax, tivvutax
La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk
Tivvutax, tivvutax
Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm
Tivvutax, tivvutax
Ma tagħmilx differenza min ikun il-Prim
Tivvutax, tivvutax
Minn dibattitu nippreferi żaqq bil-brim

Il-tibdil minn ġos-sistema stess
Qatt ma jista’ jkun biżżejjed biex jittranġaw l-affarijiet
Nafu li din għajta fid-deżert
Kulħadd sa jara kif jaġevola ’l xi partit

Tivvutax, tivvutax
Il-problemi b’dis-sistema ser jibqgħu hemm
Tivvutax, tivvutax
Ivvutajna kemm-il darba u għalxejn

Min jivvota jippretendi dejjem iktar
U l-partiti l-kbar jibdew iwiegħdu l-għeġubijiet
Għalhekk m’għadiex sistema kollettiva
Li tippremja lil min joffri s-soluzzjonijiet

Jekk qatt ma mort fil-kju għand politikant
Jekk qatt ma sabulek xogħol bla ċertifikat
Jekk qatt ma rbaħt kuntratti bl-aktar mod sfaċċat
M’għandekx minn x’hiex tibża’
M’int ser titlef xejn
M’hijiex biżżejjed iżda l-ewwel pass

Tivvutax, tivvutax
Din mhix apatija iżda messaġġ kbir
Tivvutax, tivvutax
Issa xbajna bil-pulitka tad-dardir
Tivvutax, tivvutax
La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk
Tivvutax, tivvutax
Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm

Jekk ma taqbilx kompli orqod hemm

credits

from U l​-​Kotra Għajtet f'Daqqa, released May 17, 2016
Song written by Antonio Olivari
Production and musical arrangement by Malcolm Bonnici, Antonio Olivari, Matthew Agius and Mark Andrew Azzopardi
Recorded by Emerson Vella
Mixed by Malcolm Bonnici

tags

license

all rights reserved

about

Mistura malta

contact / help

Contact Mistura

Streaming and
Download help