We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

U l​-​Kotra G​ħ​ajtet f'Daqqa

by Mistura

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

1.
Kollox L-Istess Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek Għalfejn dal-ħafna stress Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu Aktar jibqgħu l-istess Minn filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek Għalfejn dal-ħafna stress Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu Aktar jibqgħu l-istess Mix-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa Għalfejn toqgħod tħabbel għajnek Għalfejn dal-ħafna stress Aktar ma’ l-affarijiet jinbidlu Aktar jibqgħu l-istess Minn filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Għal filgħodu għal nofsinhar għal filgħaxija għal billejl Mix-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa Għax-xitwa għar-rebbiegħa għas-sajf għall-ħarifa
2.
Sowxal Netwerk Ibagħat rikwest illejla biex insiru ħbieb Inkella jekk tkellimni nagħlaqlek il-bieb Ara dar-ritratti kemm qed insir kul Biddilt il-prowfajl pikċer Qed ġo swimming pool Nikteb stejtus faqa’ u nagħmillu lajk Imma fih xi żbalji Ikkoreġieni dax-xifajk Nipprova ngħid ħa nieqaf Daqshekk imbarazz Imma subgħajja jerġgħu lura Nipprova ngħid ħa nieqaf Għax issa vera xbajt Imma hemm waħda mġissma u bagħtitli Ara x’ritratt ġiet titfa Kemm tidher tan-nejk B’wiċċha kollu żebgħa Aħjar ma ngħid xejn Sħabha kollha jgħidu “Aħħ kemm tidher najs” “Il-libsa bejb tixraqlek” “U l-make up wow illajs” Nipprova ngħid ħa nieqaf... Garr għax ogħla l-petrol jew għax mar id-dawl Anka l-bojler sevin jikteb ma' kull fawl Ara l-ieħor x’bagħtli Pik ta' tifel marid Minngħalih ħa jsalva d-dinja Idjota bla ma jrid Bgħatt rikwest dalgħodu Trid li nsiru ħbieb? Imm’ attent x’ħa tikteb Ħajtek sa ssir wiċċ ktieb
3.
Kliem Sabiħ Awto-Ċensurat Il-pudina tan-nanna ħelwa manna It-temp tallum kemm kien sabiħ Smajt li l-bieraħ kien hemm ħabta U t-tim favorit ħareġ rebbieħ Qalu li x-xogħol daqshekk bis-sahra Li għada sa jkun xi ftit tar-riħ Illejla hemm film li nixtieq nara U l-kelba tal-ġara daqt bil-frieħ Kliem sabiħ politikament korrett M'hemmx għalfejn jiġi ċensurat (x2) Irħew xi ħwejjeġ mill-iskuri Imn’alla bdew is-sejlijiet Inqata’ d-dawl għat-tielet darba Waqt li kont qed naħmi l-kejkijiet L-għarajjes iġġieldu fuq ħmerija Ħdejna mtlejna krejnijiet Il-banda ddoqq l-innu tal-parroċċa Dis-sena kelli ħames tiġijiet Kliem sabiħ politikament korrett M'hemmx għalfejn jiġi ċensurat (x2)
4.
Fil-Kju 03:12
Fil-Kju Jekk int ċittadin bil-għaqal U ma tridx li tibqa l-art Għamel bħali insa l-banek Mur investi f’kandidat Ixxurtjat li intqajt miegħu Qatt ma ninsa dakinhar Hekk kif qorbot l-elezzjoni Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar Ġie ġie ġie Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar Ġie ġie ġie Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew L-onorevoli nistennew Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih Fil-parlament siġġu tajnieh Fil-kju fil-kju U għalih taf bdejt nirsisti Kemm-il sellum inżilt u tlajt Biex waħħaltlu l-posters fl-għoli Tgħidx kemm ħajti issugrajt Fuq quddiem meta jitkellem Il-maktur 'il fuq ngħollieh F’kull ritratt li ġabu tiegħu Żgur li ssibni qiegħed fih Żgur żgur żgur Żgur li ssibni qiegħed fih Żgur żgur żgur Żgur li ssibni qiegħed fih Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew L-onorevoli nistennew Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih Fil-parlament siġġu tajnieh Fil-kju fil-kju Biex nistenna xi liċenzja Għal checkup ġewwa l-isptar Mhux se naħli l-ħin nistenna Niġri mmur infittxu d-dar Għandi d-dritt li nippretendi Li jqabbiżni l-kjuwijiet Għax kont jien fuq quddiem miegħu F’dawk id-dimostrazzjonijiet F’dawk f’dawk f’dawk Id-dimostrazzjonijiet F’dawk f’dawk f’dawk Id-dimostrazzjonijiet Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew L-onorevoli nistennew Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih Fil-parlament siġġu tajnieh Fil-kju fil-kju Ġewwa d-dar bl-inkwatri tiegħu Bejn is-santi mixgħulin Għax biex jgħinek titla s-sema Trid issib qaddis ħanin Għax f’dil gżira ċkejkna ċjkejkna Ċentru tal-Mediterran Mill-qaddisin qatt m’aħna nieqsa Jgħir għalina l-Vatikan Jgħir jgħir jgħir Jgħir għalina l-Vatikan Jgħir jgħir jgħir Jgħir għalina l-Vatikan Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew L-onorevoli nistennew Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih Fil-parlament siġġu tajnieh Fil-kju fil-kju
5.
Tivvutax 03:35
Tivvutax Nista’ nsiblek mitt elf raġuni Għala l-vot tiegħek ma jiswa xejn Anzi ssir kompliċi ta’ min jgħidlek “Għandna l-mandat ħa nkomplu nżidu d-dejn” Il-messaġġ tagħna huwa wieħed ċar La rajna li l-bidla hi għalxejn: Tivvutax, tivvutax La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk Tivvutax, tivvutax Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm Tivvutax, tivvutax Ma tagħmilx differenza min ikun il-Prim Tivvutax, tivvutax Minn dibattitu nippreferi żaqq bil-brim Il-tibdil minn ġos-sistema stess Qatt ma jista’ jkun biżżejjed biex jittranġaw l-affarijiet Nafu li din għajta fid-deżert Kulħadd sa jara kif jaġevola ’l xi partit Tivvutax, tivvutax Il-problemi b’dis-sistema ser jibqgħu hemm Tivvutax, tivvutax Ivvutajna kemm-il darba u għalxejn Min jivvota jippretendi dejjem iktar U l-partiti l-kbar jibdew iwiegħdu l-għeġubijiet Għalhekk m’għadiex sistema kollettiva Li tippremja lil min joffri s-soluzzjonijiet Jekk qatt ma mort fil-kju għand politikant Jekk qatt ma sabulek xogħol bla ċertifikat Jekk qatt ma rbaħt kuntratti bl-aktar mod sfaċċat M’għandekx minn x’hiex tibża’ M’int ser titlef xejn M’hijiex biżżejjed iżda l-ewwel pass Tivvutax, tivvutax Din mhix apatija iżda messaġġ kbir Tivvutax, tivvutax Issa xbajna bil-pulitka tad-dardir Tivvutax, tivvutax La m’hawnx għażla tista’ tagħmel hekk Tivvutax, tivvutax Issa ċ-ċans forsi jqumu minn hemm Jekk ma taqbilx kompli orqod hemm
6.
L-Għanja tal-Għala Biebu Kelli bżonn nieqaf nixtri Post vojt ma sibt imkien Ġejt nitnejjek waqaft f’nofs tat-triq Ħallihom ipaqpqu jistennew Waslet il-festa tal-parroċċa Kemm se naqbżu niċċelebraw Nisparaw murtali l-ħin kollu X’għala biebna min irid jistrieħ Sieħbi tindaħalx Din m’hix biċċa tiegħek Nagħmel li rrid Kompli fi triqtek imxi l’hemm Kont fi kju biex ninqeda Ta’ quddiemi aljenat Rajt kif nagħmel biex jien naqbżu Inzerta najxu u qagħad kwiet Sieħbi tindaħalx... Dalgħodu ġratli waħda Ridt immur malajr l-isptar Sibt wieħed waqaf jgħabbi Paqpaqtlu u qalli dal-kliem Sieħbi tindaħalx...
7.
Issa Tard Wisq Issa tard wisq Ix-xemx laħqet battiet Hawn wisq tifkiriet ta’ melodija li qatt ma bdiet Issa tard wisq Il-ġurnata għaddiet Hawn wisq tifkriet ta’ ħoss li qatt ma kiser is-skiet Kollox għad jispiċċa rmied Kollox għad jispiċċa rmied Orqod, aħdem, stinka, ħaffef, għaġġel għax inkella ma tlaħħaqx Avolja kollox għad jispiċċa rmied Issa tard wisq Għada jisbaħ jum Iżda mhux illum għax kważi spiċċa, ma tantx sa jdum Issa tard wisq Għandi bżonn sellum Jekk jista’ jkun illum biex forsi nitla’ ma’ tarf l-irdum Kollox għad ikun mitmum Kollox għad ikun mitmum Ixtri, oħroġ, stinka, ħaffef, għaġġel għax inkella tlaħħaqx Avolja kollox għad ikun mitmum
8.
Ifraħ għax Iblah Ħarsu 'l haw, ħarsu 'l haw' Nistedinkom tissuktaw Tersqu 'l haw, ersqu 'l haw' Faqqgħu żifna ta' babaw Il-lejl tar, imma l-kbir għadu ġej Ikxfu 'l hemm, ikxfu 'l haw' Ħawdu d-dinja tippuppaw B'xoffa 'l fuq tissugraw Li fuq Facebook tispiċċaw Il-ħin sar, neħħi l-gost u ma jibqa' xej' Għal mal-bar, newwel birra Joe lil dat-tnej' Wara għad-dar, jekk jirnexxieli insib fej' Nimmullaw, nimmullaw U kif ngħajjew niċċilljaw Neħħu l-għażż, nieħdu bażż, ċaqlaq man tibqax ċass Issa ċ-ċans li tifraħ ftit ma' dal-beat Niċċajtaw, nifflertjaw L-aqwa li niċċelebraw Nissuktaw nikkunsmaw Nagħmlu tagħna li naraw L-aqwa li nbillu ġriżmejna f'dan il-ġid Għal mal-bar, newwel birra Joe lil dat-tnej' Wara għad-dar, jekk jirnexxieli insib fej'

about

L-album “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” – Mistura Lajv waqt Kotra 2016. Għal aktar informazzjoni żur www.misturamalta.com.

credits

released May 17, 2016

Malcolm Bonnici (vocals and guitar), Antonio Olivari (guitar), Matthew Agius (bass) and Mark Andrew Azzopardi (drums)

license

all rights reserved

tags

about

Mistura Malta

contact / help

Contact Mistura

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Mistura, you may also like: