We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.
/

about

More information about Mistura at www.misturamalta.com.

lyrics

Fil-Kju

Jekk int ċittadin bil-għaqal
U ma tridx li tibqa l-art
Għamel bħali insa l-banek
Mur investi f’kandidat
Ixxurtjat li intqajt miegħu
Qatt ma ninsa dakinhar
Hekk kif qorbot l-elezzjoni
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar

Ġie ġie ġie
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar
Ġie ġie ġie
Ġie jħabbattli l-bieb tad-dar
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju

U għalih taf bdejt nirsisti
Kemm-il sellum inżilt u tlajt
Biex waħħaltlu l-posters fl-għoli
Tgħidx kemm ħajti issugrajt
Fuq quddiem meta jitkellem
Il-maktur 'il fuq ngħollieh
F’kull ritratt li ġabu tiegħu
Żgur li ssibni qiegħed fih

Żgur żgur żgur
Żgur li ssibni qiegħed fih
Żgur żgur żgur
Żgur li ssibni qiegħed fih
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju

Biex nistenna xi liċenzja
Għal checkup ġewwa l-isptar
Mhux se naħli l-ħin nistenna
Niġri mmur infittxu d-dar
Għandi d-dritt li nippretendi
Li jqabbiżni l-kjuwijiet
Għax kont jien fuq quddiem miegħu
F’dawk id-dimostrazzjonijiet

F’dawk f’dawk f’dawk
Id-dimostrazzjonijiet
F’dawk f’dawk f’dawk
Id-dimostrazzjonijiet
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju

Ġewwa d-dar bl-inkwatri tiegħu
Bejn is-santi mixgħulin
Għax biex jgħinek titla s-sema
Trid issib qaddis ħanin
Għax f’dil gżira ċkejkna ċjkejkna
Ċentru tal-Mediterran
Mill-qaddisin qatt m’aħna nieqsa
Jgħir għalina l-Vatikan

Jgħir jgħir jgħir
Jgħir għalina l-Vatikan
Jgħir jgħir jgħir
Jgħir għalina l-Vatikan
Fil-kju fil-kju ħalli ninqdew
L-onorevoli nistennew
Fil-kju fil-kju biex ninqdew bih
Fil-parlament siġġu tajnieh
Fil-kju fil-kju

credits

from U l​-​Kotra G​ħ​ajtet f'Daqqa, released May 17, 2016
Song written by Vince Fabri
Production and musical arrangement by Malcolm Bonnici, Antonio Olivari, Matthew Agius and Mark Andrew Azzopardi
Recorded by Emerson Vella
Mixed by Malcolm Bonnici

license

all rights reserved

tags

about

Mistura Malta

contact / help

Contact Mistura

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Mistura, you may also like: